Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.
L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi ddedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.
Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.30 a.m. Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-10.00 a.m. Mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa li jingħataw tifkira. Is-sewwieqa jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa fil-Knisja ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11.00 a.m.