Xena mill-isbaħ kmieni dalgħodu hekk kif ħafna muturi inġabru d-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fejn ħafna mill-parteċipanti setgħu jagħtu donazzjoni b’risq id-Dar tal-Providenza nfisha.
Minn hemm qabdu t-triq għal Ħad-Dingli, fejn minn hemm wieħed jista’ jara il-Pellegrinaġġ jintemm fil-Pjazza tal-Imġarr.
Wara l-wasla tagħom se tkun qed issir quddiesa għall-ħabta tal-10:30 fejn hemm se jkunu qed jitbierku l-muturi flimkien mas-sewwieqa tagħhom.