Il-leġġenda tal-futbol Brażiljan Pele għamel operazzjoni biex ineħħi tumur minn imsarnu.
Wara rapporti mill-midja internazzjonali li Pele għamel sitt ijiem l-isptar, l-istilla li llum għandu tmenin sena, ħareġ jgħid li għamel operazzjoni nhar is-Sibt li għadda.
Ir-rebbieħ ta’ tliet tazzi tad-dinja indirizza lill-fanatiċi tiegħu u qal li fortunatament huwa dera jiċċelebra rebħiet u għaldaqstant ser ikun qed jaffaċċja lil dan l-avversarju bi tbissima fuq fommu.
Ħamest ijiem ilu Pele kien ċaħad rapporti li ħassu ħażin. Fl-indirizz tiegħu lill-pubbliku, ikkonferma li t-tumur instab wara li għamel xi testijiet ġimgħa ilu.