Fi Spanja, wara sigħat twal ta’ negozjati, ġie konkluż li l-gvern se jibqa’ dak immexxi mill-Prim Ministru Pedro Sánchez.
Dan wara l-Partit Soċjalista ta’ Sánchez assigura l-maġġoranza fil-Parlament bi qbil ma’ żewġ partiti favur l-indipendenza tal-Katalunja.
Dan hekk kif il-Ħamis, fil-ftuħ tal-Parlament wara l-elezzjoni, il-partit mill-Katalan ivvota favur Francina Armengol, il-kandidata Soċjalista biex tmexxi l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż.
Fl-elezzjoni ġenerali, li saret fit-23 ta’ Lulju li għadda, l-ebda partit ma ġab il-maġġoranza tal-voti, għalkemm il-Partit Konservattiv, immexxi minn Alberto Núñez Feijóo, ġab l-akbar ammont, dak ta’ 33%.