Il-Prim Ministru temporanju ta’ Spanja Pedro Sanchez, naqas milli jassigura l-voti parlamentari meħtieġa biex jifforma gvern, wara li l-ftehim ta’ koalizzjoni kien rifjutat.
Huwa kellu bżonn l-appoġġ tal-Partit Podemos, iżda l-ministri tal-istess partit astjenew fil-vot li sar il-Ħamis, u ddeskrivew il-ftehim bħala wieħed inaċċettabbli.
Fl-elezzjoni t’ April, il-partit ta’ Sanchez kiseb l-ikbar numru ta’ siġġijiet, iżda ma kisibx il-maġġoranza.
Issa għandu xahrejn biex isibu soluzzjoni, jew inkella ssir elezzjoni ġenerali oħra. Jekk iseħħ hekk, din tkun ir-raba’ waħda għal Spanja f’erba’ snin.
Qabel ittieħed il-vot, Sanchez qal li kien iddispjaċut li l-ftehim ta’ koalizzjoni ma setax jintlaħaq ma’ Podemos. Sostna li l-partit tiegħu wera rieda nobbli biex ikun hemm ftehim, u żied jgħid li l-proposti ġew rifjutati waħda wara l-oħra.
Ritratt: AFP