Pedro Castillo ġie ddikjarat President elett tal-Perù, xahar wara li hu rebaħ il-vot popolari f’taqtigħa elettorali kontra Keiko Fujimori.
Id-dewmien fit-tħabbira tar-riżultat kien minħabba li Fujimori allegat li kien hemm it-tbgħabis fl-għadd tal-voti.
Castillo li jgħodd 51 sena se jinħatar uffiċjalment President tal-Perù fit-28 ta’ Lulju.
Intant, il-President attwali Francisco Sagasti laqa’ din l-aħbar u stqarr li jispera li dan l-eżitu jkun ifisser bidu ġdid ta’ rikonċiljazzjoni u għaqda.