“Pedoflu u Annimal”, b’dan il-kliem miżbugħ b’żebgħa sewda ġie vvandalizzat il-karavan ta’ Joseph Ebejer, il-pensjonant ta’ 63 sena mwieled l-Awstralja u jgħix li Ħal Kirkop, akkużat li kkorrompa u pparteċipa f’atti sesswali mingħajr kunsens ma’ erbat ibniet taħt l-etá li għandhom bejn is-seba’ u ħdax-il sena. Il-vittmi huma kuġini.
L-allegat abbuż seħħ aktar kmieni dan ix-xahar u qabel, fl-Armier limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa.
Ebejer ġie akkużat ukoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ waħda mill-vittmi ta’ tnax-il sena u li fl-istess żmien offenda l-pudur tal-vittmi f’post pubbliku