Wara rapporti li l-ħaddiema u pazjenti Għawdxin ma jistax jibqa’ jkollhom id-dritt tal-Ombudsman minħabba s-sehem ta’ settur privat fit-tmexxija tal-isptar, il-Ministeru għas-saħħa qal li m’hemmx bżonn li jkun hemm tibdil fil-liġi tal-Ombudsman biex ħaddiema u pazjenti Għawdxin jibqa’ jkollhom id-dritt li jagħmlu ilment quddiem l-Ombudsman.
Il-Ministeru għas-Saħħa talab parir legali , li kkonferma li l-liġi tal-Ombudsman eżistenti, l-Att tal-1995 ikopri pazjenti u ħaddiema li jaqgħu taħt il-qafas tal-PPP.
L-avviż legali 250 tal-2012 tal-Att dwar l-Ombudsman, Artiklu 2c jgħid:
- “Health service” means a health service provided by the Government, other authority, body or person to whom the Act applies, whether such service is preventive or curative, and includes:
- (c) a health service as aforesaid which is provided for or on behalf of Government through the private sector;”
Il-Ministeru għas-Saħħa qal fi stqarrija li huwa determinat li dan id-dritt fundamentali għall-ħaddiema u pazjenti jibqa’ jiġi salvagwardjat bis-sħiħ. Dan kien anke ġie diskuss f’laqgħat bejn il-Ministeru u l-Uffiċċju tal-Ombudsman.