Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qed iżżur lill-pazjenti li bħalissa qed jirċievu kura fis-sezzjoni tal-Onkoloġija fl-isptar Sir Anthony Mamo.Waqt din iż-żjara il-President flimkien mat-tmexxija tal-isptar żaret lill-pazjenti kollha li bħalissa jinsabu rikoverati kif ukoll lill-impjegati tal-istess sptar.
Hija tat ir-rikonoxximent tagħha lil dawn l-impjegati u għal darb’oħra sostniet is-support tagħha lill-pazjenti u lill-familjari.