F’Mater Dei hemm pazjenta Belġjana ta’ 28 sena li tinsab iżolata minħabba każ ta’ Żika. Il-pazjenta ġiet minn Nicaragua u jirriżulta li kien hemm li ħadet dan il-virus.
It-tfajla, li tgħix waħedha, tinsab f’kundizzjoni medika stabbli. Tagħrif li għandu one.com.mt jgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa ħadu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont prattiċi internazzjonali stabbiliti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Iż-Żika ma tkunx trasmessa minn persuna għal persuna b’mod faċli jekk ma jkunx hemm kuntatti sesswali (sexual intercourse). Dan huwa t-tieni każ ta’ Żika li kien irrapportat f’Malta, bl-ewwel każ kien f’Jannar li għadda.