Pazjent ilu jistenna biex jitlaq minn sptar fl-Ingilterra għal kwazi erba’ snin.
Il-pazjent, li ismu mhux qed jixxandar, li għandu “problemi fis-saħħa mentali” u jinsab ‘f’kundizzjoni mentali serja, għandu probemi fil-mod kif jiċċaqlaq u għandu diżabiltajiet oħrajn, ilu l-isptar fuq sodda għal madwar 1,338 jum.
Il-pazjent mistenni li jitlaq mill-isptar “madwar sitt xhur oħra”, wara li saru xi arranġamenti biex jimxi f’post aħjar.
Kienu bosta li qiesu dan il-każ f’Wales fl-Ingilterra bħala każ skandaluż, dan minħabba l-istennija bla waqfien li kellu jistenna dan il-pazjent.
Mr Miller, rappreżentant tal-isptar Clwd West, qed jistaqsi biex issir investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit għalfejn kien hemm dan id-dewmien.
Hu qal “li bniedem jinżamm milli jitlaq jew milli jitmexxa f’post ta’ kura ieħor, mhux biss tqum ħafna flus lil NHS ta’ Wales, iżda tnaqqas il-kwalità ta’ ħajja tal-pazjent.”