Kull sena, mat-tliet miljun persuna jmutu kawża tad-diarrhea u kif probabbilment konxju, l-aqwa mod biex tipprevjeni t-tixrid tal-mikrobi u mard bħal dan huwa billi taħsel idejk ta’ spiss.
F’ħafna postijiet, liġijiet u regolamenti dwar is-saħħa pubblika qegħdin ikunu implimentati sabiex jassiguraw li dawk fis-servizz tal-ikel, iżommu jdejhom indaf.
Minkejja dan, l-ebda ammont ta’ ħasil tal-idejn ma jista’ jeħles mill-bacteria kollha fuq l-idejn. Ma kienx qabel il-bidu tas-snin sebgħin, li r-riċerkaturi bdew jidentifikaw ir-raġuni għaliex bacteria fuq l-idejn hija daqstant persistenti. Minn dan irriżulta li meta wieħed jgħatti s-swaba’, jkun qed jgħin biex iżomm idejh indaf għal aktar ħin. Dan minkejja li mhumiex it-truf tas-swaba’ l-aktar li jżommu bacteria iżda d-dwifer.
Fi studju li sar fl-1988 minn tliet riċerkaturi li jispeċifikaw fid-dermatoloġija, instab li l-ispazju taħt id-dwifer kien kruċjali fl-ammont ta’ bacteria li tinsab fl-id.
Ir-riċerkaturi qalu li jista’ jkun li l-ispazju bejn il-ġilda u d-difer joħloq ambjent perfett għat-tkabbir tal-bacteria. Sena wara sar studju ieħor minn għadd ta’ infermiera li skoprew li dawk li jagħmlu dwifer artifiċjali foloz kellhom aktar bacteria minn dawk bi dwifer naturali, kemm qabel u anke wara li jaħslu jdejhom.
Il-biża’ meta jkun applikat in-‘nail polish’ huwa li qasmiet żgħar fin-‘nail polish’ jistgħu jwasslu għall-bacteria. Kien għalhekk li r-riċerkaturi kkonkludew li l-aktar importanti huwa li wieħed jipprova kemm jista’ jkun iżomm id-dwifer qosra u ndaf.