Quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, ONE News ħa l-kumment tal-Maġistrat Joe Mifsud fejn iddeskriva lil Mons. Cremona bħala persuna li qatt ma ried jimponi, kien ipoġġi l-pożizzjoni tal-Knisja ċara u jipprova jiddajolga ma’ ħafna.
Fil-fatt, il-Maġistrat Mifsud qal li l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona flimkien mal-Kardinal Mario Grech li dak iż-żmien kien l-Isqof ta’ Għawdex, kienu avviċinaw ħafna nies li tbiegħdu mill-Knisja minħabba l-problemi tas-sittinijiet.