Fil-Qorti kompla l-każ li fetħet l-għaqda Repubblika kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta, Jeffrey Curmi sabiex jiddaħlu madwar ħamsin immigrant f’pajjiżna.
Il-każ imur lura għall-April ta’ sena ilu, hekk kif dawn l-immigranti ma ddaħħlux f’pajjiżna minħabba l-imxija.
Waqt is-seduta, l-Avukat tal-għaqda Repubblika, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier tmasħan ħafna, tant li beda ħiereġ id-demm minn idejh bit-tisbit li beda jsabbat fl-awla.
Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff, Pawlu Borg Olivier ma bediex iħalli lill-Avukat tal-Istat Dr Christopher Soler jgħid l-affarijiet tiegħu.
L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qal sabiex fis-seduta li jmiss ta’ din il-kawża jixhed il-Prim Ministru Robert Abela.