Paula Mifsud Bonnici ingħaqdet mal-lista ta’ Deputati li kissruha minn ma’ Bernard Grech fuq l-emendi fil-liġi tal-IVF u li talbu Free Vote.
Wara l-isfida ta’ Adrian Delia fil-konfront ta’ Bernard Grech li taħtu l-Partit Nazzjonalista nqasam fuq din il-materja tant importanti għall-famiji Maltin u Għawdxin, issa ngħaqdet ukoll Paula Mifsud Bonnici hekk kif sostniet li “kull membru għandu jħossu komdu jivvota kif irid.”
B’hekk il-lista ta’ Deputati mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li qed jitolbu Free Vote lill-Kap Bernard Grech minkejja li baqa’ jsabbat saqajh u jgħid le, kompliet tiżdied.
Ma’ Adrian Delia u Paula Mifsud Bonnici hemm deputati oħrajn bħal Carm Mifsud Bonnici, Ivan Bartolo u Alex Borg fost oħrajn.