Is-Sibt wara nofsinhar Sliema Wanderers ikkonfermaw li waslu fi ftehm mal-kowċ Paul Zammit sabiex il-kuntratt tiegħu mal-klabb jiġġedded b’sentejn oħra.
Zammit ilu mal-stess Sliema żewġ staġuni. Huwa kien ħa f’idu t-tim fic-Challenge League fejn wara staġun irnexxilu jikseb l-promozzjoni filwaqt li f’dan l-istaġun huwa irnexxilu jwassal lit-tim ta’ Sliema fit-tielet post tal-klassifika li awtomatikament ifisser ritorn għal Sliema f’kompetizzjoni Ewropej.
Sliema Wanderers ikunu fl-azzjoni nhar il-Erbgħa li ġej meta jilgħabu fis-semifinali tal-IZIBET FA Trophy kontra Birkirkara.
Ritratt: Sliema Wanderers FC