Il-leġenda ta’ Leeds United Paul Reaney ser ikun f’Malta matul il-ġimgħa dieħla bħala l-mistieden speċjali tal-Leeds United Supporters Club hekk kif dawn ser jiftħu memorabilia tal-stess Leeds United kif ukoll tat-tim nazzjonali Ingliż.
L-esebizzjoni ser isir f’Palazzo Ferreri l-Belt Valletta bejn nhar il-Ħadd 30 t’Ottubru u l-Ġimgħa 4 ta’ Novembru.
Reaney lagħab ma’ Leeds bejn l-1962 u l-1978 kif ukoll ir-rappreżenta lit-tim nazzjonali Ingliż fit-tlett okkażjonijiet b’waħda minnhom tkun kontra Malta. Inċidentalment il-logħba kontra Malta tal-1971 li kienet intlagħbet fl-Empire Stadium tal-Gżira kienet l-aħħar waħda għal Reaney.
Uħud mill-plejers Maltin li lagħbu fl-imsemmija partita ser ikunu qedin jiltaqaw mal-plejer Ingliż f’din l-okkażjoni.
Ritratt: Worldfootball