Nhar il-Hadd 1 ta’ Lulju 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kellha lejla impenjativa fejn fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’Qali ġew organizzati diversi attivitajiet minn numru ta’ sezzjonijiet fosthom bil-Muturi Motocross u Trials u bil-Karozzi Autocross. għal din il-ġurnata irreġistraw 48 kompetitur li kienu maqsuma fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.
Intant fil-muturi Motocross ġiet organizzata l-aħħar attività ta’ dan l-istaġun fejn fi klassi A rajna l-aħwa Muscat jiddominaw il-ġurnata. Paul Muscat irnexxielu jirbaħ l-ewwel Heat fil-waqt li fit-tieni Heat spiċċa it-tieni biex għalaq il-ġurnata fl-ewwel pożizjoni. Paul Muscat kien segwit minn ħuh Trevor Muscat it-tnejn fuq muturi KTM. Fit-tielet post spiċċa David Dimech fuq mutur Honda.
Fi Klassi B rajna lill James Zahra fuq Sherco jirbaħ din il-klassi segwit minn Bernard Sammut fuq Husqverna u Robert Spiteri fuq Yamaha. Klassi C kienet iddominata minn Joe Azzopardi fuq Yamaha segwit minn Luke Sheldon fuq Kawasaki. Fil-Klassi Veterans rajna lill Paul Degaura fuq KTM jirbaħ din il-klassi segwit mill-aħwa Sant William fuq Suzuki u Jethro fuq Yamaha. Louis Debono daħal fir-raba’ post fuq mutur Yamaha.
L-Assoċjazzjoni Ufficjalment ħabbret lill Paul Muscat fuq mutur KTM rebbieħ tal-Kampjonat Nazzjonali Motocross sponsorjat mid-ditta ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Matul dan l-istaġun Muscat irnexxielu jirbaħ sitt tiġrijiet min tmienja u fi tnejn minnhom spiċċa waħda fit-tieni post u oħra fir-raba’ post biex għalaq dan il-kampjonat b’373 punt tant li fejn ġie ddikjarat rebbieħ ta’ dan il-kampjonat għall-ewwel darba. Muscat kien segwit minn David Dimech fuq mutur Honda li għal dan il-kampjonat b’306 punti.
Klassifiki oħrajn mill-Motocross li kienu magħluqa nhar is-Sibt huma fil-klassi B li tilqa’ fiha Riders li huma bil-ħsieb li jkomlu javvanzaw għall klassi A. Hawn rajna lill Ryan Faenza fuq mutur Yamaha jirbaħ din il-klassi b’vantagg tajjeb u b’339 punt segwit minn Mark Mamo fuq mutur Yamaha b’145 punt. Klassi Veterans li minkejja li din il-klassi saret l-ewwel darba kienet waħda ta’ suċċess b’numru ta’ Riders jipparteċipaw tul dan l-istaġun fejn rajna l-aħwa Sant jiddominaw din il-klassi b’William Sant fuq Suzuki jirbaħ din il-klassi b’359 punt segwit minn ħuh Jethro Sant fuq Yamaha b’352 punt.
Intant mill-muturi Trials kien hemm dawn ir-riżultati. Fi Klassi A rajna lill Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jirbaħ din il-klassi segwit minn Rowen Bonello fuq Beta. Fit-tielet post spiċċa Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas. Fi Klassi B rajna lill Daniel Inguanez fuq mutur Beta jkompli jiddomina u jirbaħ f’din il-klassi segwit minn Tony Curmi fuq mutur Beta. Attività oħra tat-Trials se tkun qed issir nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju 2017 fil-Barriera Limiti tal-Qrendi. L-attività tibda fl-4:00pm.
Is-Sezzjoni Autocross organizzat l-ghaxar attività tal-Kamjonat 2016/2017 fejn fil-klassi Modified kien hemm dawn ir-riżultati. Fil-Finali Klassi A rajna lill Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova jirbaħ segwit minn JeanPaul Grech fuq Peugeot 106. Fit-tielet post daħal Vince Farrugia fuq VW Polo.
Mill-Finali Klassi B rajna lill Philip Joe Vella fuq Opel Corsa jirbaħ din il-finali segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punto. Fit-tielet post spiċċa Chris Aquilina fuq Opel Corsa. Mill-Autocross Klassi Standard rajna lill Johann Vella fuq Opel Nova jirbaħ din it-tiġrija segwit minn Deane Farrugia fuq Citroen AX waqt li fit-tielet post spiċċa Nicovich Chircop fuq Peugeot 106.
Intant l-Assocjazzjoni se tkompli l-attivitajiet nhar is-Sibt li ġej 8 ta’ Lulju 2017 fejn ser tkun qed torganizza il-ħdax-il programm mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2016/2017. Il-program jibda fit-8:00pm u jitkompla taħt id-dawl artifiċjali.
Għal ktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.
Ritratt ta’ Mario Micallef