Paul Bailey, ix-xufier tal-Porsche involuta fl-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina, mistenni jibda’ jidher quddiem il-Qrati Maltin fit-13 ta’ Ġunju.
Għaxar persuni oħra mistennija jitressqu miegħu b’rabta mal-inċident.
Mill-provi miġbura fl-inkjesta, jirriżulta li r-responsabilità hija tas-sewwieq u tal-Kumitat li organizza dan l-avveniment. Dan filwaqt li l-inkjesta ma sabet ebda ħjiel ta’ responsabilità dwar il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
L-inċident seħħ fl-4 ta’ Ottubru 2015 waqt attività organizzata minn ‘Paqpali għall-Istrina’ fuq Taxiway qrib il-hangar tal-Lufthansa Tecknik ġewwa Ħal Farruġ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.
B’kollox weġgħu 23 persuna. Minn dawn erba’ persuni weġgħu gravi u kienu fil-periklu tal-mewt, sitt persuni oħra weġgħu gravi waqt li 13 oħra sofrew feriti ħfief.