Paul Abela ġie kkonfermat bħala l-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji wara li reġa’ kien elett għall-kariga tiegħu.
Abela rringrazzja lil membri tal-kunsill li reġgħu ikkonfermawh filwaqt li stqarr li se jkun qiegħed irodd lura l-fiduċja mogħtija lilu f’sena oħra ta’ servizz lejn il-Kamra.
Huwa rringrazzja wkoll lit-tim mmexxi minn Abigail Mamo bħala Kap Eżekuttiv tal-Kamra għas-servizz tagħhom.
Intant, Philip Fenech se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Deputat President, filwaqt li Marcel Mizzi se jkun uffiċjal għall-Finanzi u l-Amministrazzjoni tal-Kamra.
Beppe Muscat, Claire Shoemake, Chris Vassallo, Carmel Zammit, Dino Fino, Joan Haber, Joseph Zerafa, Mario Ciantar, Mario DeBono Marthese Micallef, Michael Galea, Noel Gauci, Patrick Cutajar, Robert Micallef u Sergio Camilleri se jkunu qed iservu bħala membri tal-kunsill.