Paul Abela ġie kkonfermat bħala l-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji 2022-2023.
Wara li ttellgħet il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-ġimgħa li għaddiet, illum ittellgħet l-ewwel laqgħa tal-kunsill, fejn matulha Paul Abela ġie elett u kkonfermat bħala President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji.
Intant matul l-istess laqgħa, Philip Fenech ġie kkonfermat bħala Deputat President tal-politika u l-istrateġija fi ħdan l-istess Kamra filwaqt li ġew eletti ħames uffiċjali oħr bħala Viċi Presidenti f’oqsma differenti.