“Il-Mulej sejjaħ f’oħtna l-mewt tal-ġisem lil Patri Elija Vella OFM Conv.
Irroddu ħajr lil Mulej għad-don tal-ħajja tiegħu u nafdaw ir-ruħ tiegħu fil-ħniena infinita tal-Missier.
Jistrieħ fis-sliem.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din kienet l-aħħar tislima li l-Franġiskani Konventwali taw lil Patri Elija Vella, u li biha ħabbru l-mewt tiegħu.
Patri Elija kien meqjus bħala wieħed mill-eżorċisti ewlenin fil-Knisja. Huwa kien imexxi l-Kummissjoni Okkult u Sataniżmu tal-Knisja, li tistudja l-fenomeni konnessi mal-okkult, l-ispiritiżmu, u s-sataniżm, kemm mil-lat teoloġiku kif ukoll mil-lat tax-xjenzi naturali.
Patri Elija kien awtur ta’ diversi kotba dwar is-sataniżmu u l-eżorċiżmu.