Ftit ġimgħat ilu, il-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi, Patri Djonisju Mintoff indirizza konferenza internazzjonali dwar id-dritt tal-paċi li nżammet fil-Kwartieri tal-Ġnus Magħquda, f’Geneva, l-Iżvizzera.
Waqt din il-konferenza li saret biex tfakkar il-75 anniversarju minn meta saret id-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet, Patri Djonisju sostna li l-ebda superpotenza waħidha ma tista’ twaqqaf l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa.
Huwa saħaq li d-dinja għandha tkun aktar umana, ibbażata fuq il-valuri tar-responsabbilità, fost oħrajn.
Fi stqarrija mill-Laboratorju tal-Paċi ntqal li kienet l-ewwel darba li Patri Djonisju Mintoff żar il-Kwartieri tal-Ġnus Magħquda.