Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, qal li l-Partit Nazzjonalista qed jikkunsidra li jħarrek kumpaniji li joperaw il-programm ta’ ċittadinanza bl-investiment. Però Fenech Adami qal li dan se jkun qed jagħmlu fil-konfront ta’ kumpaniji qrib il-Partit Laburista. Fenech Adami qal dan wara li fetaħ rikorsi b’rabta mad-dritt tal-vot ta’ persuni li kisbu ċ-ċittadinanza.
Mistoqsi jekk ladarba jrid iħarrek l-intermedjarji tal-programm tal-IIP hux se jħarrek ukoll il-kumpaniji ta’ Ann Fenech u Francis Zammit Dimech, Fenech Adami qalilna biss biex ma nkunux “patetiċi.”
Fil-fatt, kif jidher fil-filmat, ħares lejn il-ġurnalista u qalilha: “PATETIKA.”
https://www.youtube.com/watch?v=EGJnWqU3eMg