Iż-żewġ drones li ttajru fl-ajruport ta’ Gatwick f’Londra affettwaw eluf kbar ta’ passiġġieri li kienu ser jivvjaġgaw minn pajjiż għall-ieħor. Konsegwentament, ir- runway baqgħet magħluqa mill-Erbgħa filgħaxija, dan hekk kif dan l-apparat elettroniku ntlemaħ jittajjar għal diversi drabi.
Il-pulizija ta’ Sussex qalet li dan il-każ mhuwiex wieħed relatat ma’ attakk terroristiku madankollu dan kollu wassal sabiex sfratta kollox. Dan kollu sa issa affettwa aktar minn mija u għaxart elef passiġġier li kienu mistennija li jaqbdu seba mija u sittin titjira. Uffiċjali tal-ajruport qalu li sa issa l-mitjar mhux ser jiftaħ qabel ma jkun assigurat li kollox huwa taħt kontroll. It-titjiriet li kienu sedati għal Gatwick niżla f’ajruporti oħra fosthom Manchester, Luton, Heathrow kif ukoll f’Pariġi u Amsterdam.
Sadanittant, f’Malta l-passiġġieri tal-linja tal-ajru Easy Jet esperjenzaw dewmien fit-titjira mentri t-titjira tal-kumpanija British Airways tħassret.