Il-linja tal-ajru Air Malta infurmat lill-passiġġieri li se jivvjaġġaw bit-titjira KM 103, illum u KM 101, għada, li bagalji checked-in ma jistgħux jittellgħu fuq it-titjira.
Dan minħabba ħsara fis-sistema ta’ bagalji fir-4 Terminal tal-Ajruport ta’ Heathrow, f’Londra.
Il-linja tal-ajru appellat biex dawk abbord itellgħu magħhom hand luggage li tista’ tgħaddi mis-sistemi tas-sigurta’ fl-ajruport u li tista’ tittella fuq l-ajruplan, minflok il-bagalja checked-in.
Minkejja dan, il-linja tal-ajru m’oġġezzjonatx biex il-passiġġieri jieħdu aktar minn hand luggage waħda, ladarba il-piż jammonta għal dak li kienu ħallsu għalih huma.