Aktar minn 30 passiġġier Indjan irċivew it-trattament wara li l-piloti nsew jixgħelu switch li jirregola l-pressjoni fuq il-kabina tal-ajruplan.
It-titjira ta’ Jet Airways minn Mumbai għal Jaipur daret lura ftit wara l-ħin tat-tluq tagħha. L-ajruplan li kien qed iġorr 166 passiġġier niżel b’mod sigur.
L-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja.