Mara ta’ 31 sena mill-Fgura sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident bil-karozza fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:15 ta’ filgħodu fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 26 sena mill-Kalkara u karozza tat-tip BMW misjuqa minn Taljan ta’ 26 sena li joqgħod iż-Żurrieq.
Konsegwenza tal-impatt, il-karozza tat-tip Toyota Yaris spiċċat daħlet ġo arblu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei li kienet passiġġiera fit-Toyota Yaris. Dan filwaqt li s-sewwieqa taż-żewġ karozzi ma weġġgħux.