Uħud mil-linji tal-ajru ewlenin qed jeħtieġu li l-passiġġieri jilbsu maskra tal-wiċċ fuq titjiriet biex jillimitaw it-tixrid tal-Coronavirus.
Bosta linji tal-ajru Amerikani kbar qed idaħħlu miżuri ġodda dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri kif ukoll tal-ekwipaġġ.
Kumpaniji oħra se jkunu qed jobbligaw lil kull min jitla’ fuq ajruplan sabiex jilbes maskra meta jerġgħu jibdew isiru t-titjiriet. 90% tat-titjiriet internazzjonali ġew ikanċellati, bil-linji tal-ajru qed jittamaw li l-vjaġġi bl-ajru jerġgħu jibdew minn dan ix-xahar.