Mara ta’ 26 sena mill-Imġarr qed isofri minn ġrieħi serji wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-Inċident seħħ ilbieraħ fi Vjal l-Indipendenza għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 120D u mutur tal-għamla Peugeot Tweet.
Il-mara ta’ 28 sena li toqgħod il-Gżira weġġgħet ħafif, filwaqt li s-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 29 sena mill-Imġarr, għandu ġrieħi gravi. Il-mara ta’ 26 sena kienet passiġġiera fuq il-mutur.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u wara ħa lil dawk involuti l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.