Tfajla ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex qed issofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur li kienet passiġġiera fuhqu. L-inċident seħħ fid-21:15 tat-Tlieta filgħaxija, fi Triq il-Marfa l-Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn irriżulta li ġuvni ta’ 20 sena minn Tas-Sliema tilef il-kontroll tal-mutur Honda CBR li kien qiegħed isuq, u waqa’. Passiġġiera miegħu kien hemm it-tfajla ta’ 19-il sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, it-tfajla ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ma sofra ebda ġrieħi.