Mara ta’ 18-il sena, li kienet passiġġiera f’karozza, sofriet ġrieħi gravi f’inċident kmieni filgħodu.
Għall-ħabta tal-kwarta tat-Tlieta filgħodu, l-Pulizija ġiet infurmata li seħħ fi Triq il-Balal, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ tagħha, il-Pulizija irriżultalha li seħħet ħabta bejn Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ għoxrin sena li joqgħod San Ġwann, u Toyota misjuqa minn raġel ta’ 20 sena li joqgħod il-Fgura, u li miegħu kellu liż-żagħżugħa ta’ 18-il sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.