Raġel ta’ 27 minn San Ġwann indarab gravi wara li waqa’ minn fuq mutur f’Marsaskala.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart fi Triq Sant ‘Antnin.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni r-raġel waqa’ minn fuq mutur Suzuki GSXR125 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġiljan.
Il-passiġġier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.