Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra , seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara.
Il-ħabta seħħet bejn Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 49 sena, residenti il-Marsa u Mercedes Benz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20-il sena, residenti l-Għargħur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-karozza Mercedes Benz kien hemm passiġġier żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena, residenti Pembroke li sofra xi ġrieħi. Huwa kien assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.