Raġel li kien fuq titjira tal-linja tal-ajru, American Airlines, li telqet minn Los Angeles lejn Honolulu l-Ġimgħa ħoloq paniku abbord it-titjira.
Ir-raġel qam mis-seat tiegħu u beda jdur fuq l-ajruplan b’kutra fuq rasu biex wiċċu ma jidhirx u f’idejh beda jżomm laptop. Membru tal-ekwipaġġ ordnatlu li jpoġġi, iżda minkejja dan il-passiġġier baqa’ miexi lejn il-passiġġieri li kienu fis-sezzjoni tal-ewwel klassi. Meta l-passiġġier wasal f’din is-sezzjoni, membru tal-ekwipaġġ ieħor talbu jieqaf u biex ipoġġi.
Il-passiġġieri għenu lill-membru tal-ekwipaġġ biex il-passiġġier jittieħed lura fuq is-seat tiegħu u minkejja li beda jagħmilha diffiċli, huwa ma użax il-forza fil-konfront tal-passiġġieri jew tal-membri tal-ekwipaġġ.
Mal-wasla f’Hanolulu r-raġel ġie arrestat mill-FBI iżda għadu mhux ċar x’wassal għal dan l-għaġir.