Id-Dwana ta’ Malta ikkonfiskat 24,000 sigarett tal-kuntrabandu li fuqhom ma tħallsitx taxxa li kienet tammonta għal aktar minn €5,000. Dawn is-sigaretti nstabu fuq passiġġier mal-wasla tiegħu f’Malta minn Istanbul. Is-sigaretti kienu f’120 kaxxa li f’kull waħda kellha 200 sigarett.
Fi stqarrija, id-Dwana ta’ Malta qalet li l-passiġġier huwa residenti l-Latvja u għadda miż-żona tal-ajruport Internazzjonali ta’ Malta li hija riservata għal dawk il-passiġġieri li ma jkollhomx x’jiddikjaraw. Kien fil-proċess li l-oġġetti tiegħu ġew analizzati permezz ta’ magna XRAY li dawn il-kaxxi ta’ sigaretti nstabu.
Il-Pulizija ta’ kontra reati ekonomiċi għaddejja bl-investigazzjoni tagħha u l-passiġġier mistenni jitressaq il-Qorti.