Raġel ta’ 35 sena qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi meta kien passiġġier f’karozza li kienet qed issuq mara ta’ 32 sena.
L-inċident seħħ il-Ħadd kmieni filgħodu għal ħabta tas-02:20, fi Triq iż-Żejtun, Marsaxlokk.
Il-każ seħħ meta mara ta’ 32 sena li togħqod Ħaż-Żabbar tilfet il-kontroll tal-vettura tat-tip KIA, b’konsegwenza li l-karozza ħabtet ma’ ħajt fl-istess triq u nqalbet.
Fuq il-post marret ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.