Raġel ta’ tmienja u għoxrin sena mis-Siġġiewi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra tal-Ħamis filgħaxija, meta mara ta’ sitta u għoxrin sena mis-Siġġiewi tilfet il-kontroll tal-karozza u nqalbet biha.
Ir-raġel kien passiġġier fil-karozza fil-ħin tal-inċident.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi waqt li mara ħelsitha bi ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.