Ġuvni ta’ 21 sena minn Marsakala li kien passiġġier f’karozza qed isofri minn ġrieħi gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra.
L-inċident seħħ fid-21:30 il-Ħamis filgħaxija, fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar. Jidher li s-sewwieq, raġel ta’ 46, tilef il-kontroll tal-karozza BMW 318, u baqa’ dieħel ġo siġra. Miegħu kien hemm riekeb il-vittma u ġuvni ieħor ta’ 25 sena.
Wara li ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, jidher li s-sewwieq u l-ġuvni l-ieħor ma sofrew ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.