Niġerjan ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq Tul il-Kosta.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn Taljana ta’ 43 sena u Toyota Hiace misjuq minn raġel mill-Mali ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-mutur kien hemm ukoll in-Niġerjan li ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.