Ministri Ġermaniżi apporovaw pjanijiet biex kumpaniji li jmexxu social media jkunu mmultat sa’ ĦAMSIN MILJUN EWRO jekk ma jneħħux hate speech jew fake news mill-aktar fis.
Il-liġi proposta tippermetti 24 siegħa biex kumpaniji jimblukkaw kontenut kriminali wara li jkun irrapportat, u sebat’ijiem biex ineħħu materjal offensiv. Manadkollu tneħħiet il-parti fejn kienu qed jipproponu li dawn il-pieni jkunu imposti wara offensiva waħda.
Facebook esprimew tħassib għal din il-mossa, filwaqt li Twitter, Snapchat u Google għandhom ma qalu xejn.
Mal-BBC, kelliem għal Facebook qal li t-tneħħija ta’ kontenut illegali hija xi ħaġa li diġa’ tittieħed bis-serjetà.
Il-Ministru Ġermaniż responsabbli mill-Ġustizzja, Heiko Maas, qal li hate speech huwa ta’ periklu kbir għal ħajja libera u soċjetà demokratika. Innota li Twitter, per eżempju, ineħħu biss 1% tal-hate speech li jitla fuqu. Facebook ineħħu biss 50%. YouTube, minn naħa l-oħra, ineħħu 99%.