Il-korporazzjoni tas-servizzi tal-ilma ħabbret li tat it-tender għal żvilupp ‘state of the art’ tar-reverse osmosis f’Għawdex kif ukoll ħarġet tender oħra ta’ 10 miljun ewro biex ikun distribwit ilma ġdid fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Iż-żewġ proġetti huma parti mill-proġett maġġuri ta’ 130 miljun ewro li huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Il-proġett t’Għawdex ingħata l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-ippjanar fis-27 ta’ Settembru 2018 u x-xogħol ser jibda appena l-kuntratti meħtieġa jkunu ffirmati fil-ġimgħat li ġejjin.