L-awtorità tal-artijiet se tkun qed tieħu passi legali jekk ma jsirx il-ħlas li fadal fuq l-art ta’ Spinola li mill-ftehim li kien sar taħt l-ex Ministru Jason Azzopardi, il-poplu daħħal biss ħamsa u tletin ewro.
Dan ħareġ waqt xhieda tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet Carlos Mifsud waqt seduta oħra tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi.
Waqt din is-seduta ntqal li fil-file dwar il-ftehim tal-art ta’ Spinola hemm il-firem ta’ Jason Azzopardi fejn approva l-bejgħ mingħajr ċens ta’ din l-art.
F’din is-seduta xehed ukoll Ernest Grech, li kien is-sieħeb fin-negozju ma’ Vince Farrugia li ħa l-art ta’ Spinola.
Għal kontra ta’ Farrugia, Grech ammetta li akkwista l-art bl-intenzjoni li jiżviluppaha.
Sadanittant sid il-propjeta tal-art fi Spinola qed jippjana li jdaħħal għaxar miljun ewro minn fuq bejgħ t’appartamenti u penthouses fuq l-art inkwistjoni.