Tmien t’ijiem wara l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew il-Gwerra interna li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista kompliet teskala bil-fazzjonijiet ikomplu joħduha qatta bla ħabel kontra xulxin.
25 TA’ MEJJU
Kollox beda fil-25 ta’ Mejju li għadda, jum l-elezzjoni. Tul dawn l-elezzjonijiet distretti ta’ predominanza Nazzjonalista rreġistraw l-akbar tnaqqis ta’ persuni li ħarġu jivvutaw.
26 TA’ MEJJU
L-għada tal-elezzjonijiet fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar beda l-proċess tal-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej. Sa filgħaxija ġie stabbilit li l-partit nazzjonalista tilef ir-raba siġġu u d-differenza bejn il-partiti kibret għal 42,600 votant. Hawnekk il-Partit Nazzjonalista ġarrab l-akbar telfa mill-Indipendenza ‘l hawn.
Dakinhar stess filgħaxija, s-Segretarju Ġenerli tal-Partit Nazjzonalista Clyde Puli mar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista jgħid li t-tmexxija tal-Partit kienet sodisfatta b’din it-telfa hekk kif il-Partit mar aħjar minn kif kien previst fis-surveys.
Dakinhar ukoll Adrian Delia mar fil-counting hall u qal li huwa mhux se jieqaf nofs triq.
28 TA’ MEJJU
Id-Deputat Għawdxi David Stellini ħabbar li se jkun qed jirreżenja mill-Parlament. Dan għaliex spjeg li ma xtaqx jaħdem fi klima poltika turbolenti. Huwa qabbel is-sitwazzjoni preżenti ma xena ta’ gladjatur.
29 TA’ MEJJU
Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ħatfet l-oportunità sabiex idaħħal lil Kevin Cutajar fil-Parlament. Cutajar huwa avukat mix-Xagħra qrib ħafna ta’ Busuttil. Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami qablu pubblikament ma din is-sejħa.
Fit-tletin ta’ Mejju wkoll Delia kkonferma li l-id il-leminija tiegħu u l-istrateġista Żebbuġi Jean Pierre Debono esprima l-interess sabiex jiġi co-opted fid-Distrett t’Għawdex.
30 TA’MEJJU
Lawrence Gonzi jerġa’ jidħol fl-istampa. F’kummenti li ta lit-Times of Malta qal li Adrian Delia għandu jsejjaq vot ta’ kunfidenza fit-tmexxija.
31 TA’MEJJU
Jingħalaq l-għadd kollu tal-Kunsilli Lokali. B’kollox il-Partit Laburista rebaħ 75% tal-Kunsilli Lokali madwar il-gżejjer Maltin bl-akbar distakk fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Fuq Xarabank il-viċi Kap David Agius qal li qed jistħi bl-atteġjament tan-nies tiegħu.
1 TA’ ĠUNJU
Il-Partit Nazzjonalista laqqa’ l-eżekuttiv sabiex jiddeċiedi dwar min għandu jieħu s-siġġu ta’ David Stellini. F’laqgħa turbolenti li damet erba’ sigħat Jean Pierre Debono rebaħ b’żewġ voti is-siġġu t’Għawdex.
Qam argument jaħraq bejn Beppe Fenech Adami u Adrian Delia u żviluppat ġlieda oħra bejn Kristy Debono u Robert Arrigo.
Mark Anthony Sammut irreżenja minn President tal-Eżekuttiv. Fi stqarrija li ta lill-midja imedjatament wara qal li ħa din id-deċiżjonijiet minħabba riżultati diżappuntanti għall-Partit.
Tliet sigħat wara Adrian Delia ddikjara li mhux se jeħli aktar ħin ma Jason Azzopardi.
2 TA’ ĠUNJU
Il-Kumitat Reġjonali t’Għawdex sfida id-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista minħabba irregolaritajiet fl-elezzjoni interna. Mark Anthony Sammut kiteb ukoll fuq Facebook li Jean Pierre Debono babas żied żewġ ismijiet ta’ persuni mal-lista ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw. Ftit wara Debono kiteb ukoll fuq Facebook u qal li ma kellu x’jaqsam xejn mal-lista minħabba li huwa kellu interess dirett fir-riżultat. Qal ukoll li l-moħħ wara din l-istorja kien Mark Anthony Sammut.
Ħames minuti biss wara wieġeb Jason Azzopardi fejn giddeb lil Debono billi qal li l-lista kien ħoloqha hu u sabiex jissustanzja dan ppubblika screenshot tad-dokuemnt uffiċċjali li filfatt kien inkiteb minn fuq il-kompjuter ta’ Jean Pierre Debono.
3 TA’ ĠUNJU
L-Movument Żagħżagħ Partit Nazzjonalista qal li s-sitwazzjoni prezenti tal-Partit Nazzjonalista bħalissa hija mhux tenibbli u li l-Partit Nazzjonalista mess l-qiegħ. L-MŻPN imexxi mill-President Joseph Grech qrib ħafna tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil, talab sabiex tintrefa r-responsabilità politika, minn dawk involuti fit-tgħaffiġa li saret nhar fil-kumitat eżekuttiv. ikkumenta wkoll Jamie Vella, l-eks PRO ta’ l-MŻPN fejn qal li l-PN tilef il-kredibilta kollha tiegħu.
Aktar tard matul il-jum żewġ votanti Nazzjonalisti qrib il-fazzjoni ta’ Busutil fetħu protest ġudizzjarju fil-konfront tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli sabiex iwaqqfu lil Jean Pierre Debono milli jieħu s-siġġu parlamentari ta’ David Stellini li ġie elett minn Għawdex. Fil-protest ġudizzjarju huma rrimarkaw li Jean Pierre Debono seraq dan is-siġġu lil Għawdxin b’qerq.