Waqt li għadu jidwi l-eku tal-attakki terroristiċi fit-Tuneżija, ufficjali tal-pajjiż qed jaħdmu bil-għan li jerġgħu jistabilizzaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż.
F’pajjiżna bħalissa hawn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija, Khemaies Jhinaoui, li fl-aħħar sigħat kellu numru ta’ laqgħat mal-Ministru għall Affarkjiet Barranin ta’ pajjiżna George Vella.
Żjara li ddeskrivewha bħala pass ‘l quddiem lejn relazzjoni aktar b’saħħitha bejn Malta u Tuneżija. Relazzjoni li tmur lura mijiet ta’ snin, iżda minħabba s-sitwazzjoni riċenti, u t-theddida terroristika fil-pajjiż Għarbi, inbidlet xi ftit fl-aħħar snin.