L-appoġġ li qed jingħata lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali qed iħalli l-frott.
Filfatt matul is-sentejn li għaddew kienu inqas minn sebgħa fil-mija mit-total ta’ pazjenti li ħarġu mill-Isptar Monte Carmeli u reġgħu daħlu f’anqas minn xahar wara.
Dan sostnieh il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għal mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Laburista Etienne Grech.
Din il-figura tikkumplimenta ma’ l-iskema mħabbra mill-Gvern, fejn tobba tal-familja se joffru servizzi fil-komunità lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. B’reazzjoni għal din l-iskema, il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali laqa’ b’sodisfazzjon l-inizzjativa tal-Gvern.
Saħaq li ż-żieda ta’ tobba tal-familja aktar biex persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jkollhom aktar aċċess għal servizzi fil-komunità hu pass fid-direzzjoni t-tajba