Pass ieħor fl-immodernizzar tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan permezz tal-inawgurazzjoni ta’ tliet vannijiet ġodda li se jintużaw għat-trasport tal-priġunieri.
B’investiment ta’ madwar €95,000, dawn il-vannijiet huma mgħammra b’tagħmir elettroniku li jipprovdi aktar sigurta.
B’kuntrast mal-vannijiet preċedenti, ġiet eliminata dik magħrfua bħala l-gaġġa u l-vannijiet ġew attrezzati b’tagħmir aktar modern għal vannijiet aktar siguri b’mod partikolari għal ħarsien tal-Uffiċjali Korrettivi u għal Pulizija li jkunu qed jeskortawhom għal Qorti.
B’hekk issa il-flotta tal-vannijiet tal-Faċilita’ għal ġarr tal-priġunieri telgħet għal ħamsa, l-ikbar flotta fl-aħħar żminijiet.
Ta’ min ifakkar, li l-aħħar darba li kienu inxtraw vannijiet ġodda għal Faċilita’ kien f’Marzu tal-1997, propju għoxrin sena ilu!