Għada se tiġi fis-seħħ parti mill-Lands Authority Act li tati poter lis-Segretarju Parlamentari Deborah Schemrbi taħtar il-bord tal gvernaturi u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet.
Dawn se jitħabbru l-ġimgħa d-dieħla. Is-Segretarju Parlamentari qed tagħmel eżerciżżju ta konsolidament ta’ ligijiet li kien hemm bżonnu biex il-liġi l-ġdida tkun tista’ taħdem fuq il-kriterji li ġew imfassla għall-Awtorità.
Huwa mistenni li x-xahar id-dieħel il-kumplament tal-ligi tiġi fis-seħħ, biex b’hekk l-Awtorità tkun tista’ taħdem bl-aktar mod effettiv.