Il-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel laqgħet il-miżuri mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa lbieraħ, u fakkret kif il-tilqim huwa l-iktar għodda importanti kontra t-tixrid tal-virus filwaqt li ċ-ċertifikazzjoni tal-vaċċin hija affidabbli iktar minn kwalunkwe test kontra l-COVID-19.
L-MUMN iddeskriviet il-passi mħabbra bħala pass fid-direzzjoni t-tajba kemm għall-frontliners u anki għall-ekonomija.
Iddeskriviet id-deċiżjoni li anki nies mhux imlaqqma li jgħixu Malta ma jistgħux isiefru mingħajr permess speċjali mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, bħala pass kuraġġuż. Min mhux vaċċinat u jingħata l-permess, irid jagħmel kwarantina kif jiġi lura Malta.
L-MUMN qalet li din il-miżura hija aħbar tajba għall-frontliners, il-pazjenti fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani, għaliex l-ebda ħaddiem mhux vaċċinat li jkun ġie minn barra ma jista’ jferrex il-virus lill-kollegi tiegħu jew nies vulnerabbli.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/10/nipprotegu-dak-li-ksibna-flimkien-il-gwu-tilqa-l-mizuri-tal-gvern-marbuta-mal-ivvjaggar-sigur/