Kemi Badenoch ġiet eliminata mit-tellieqa għall-pożizzjoni ta’ mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif id-deputati Konservattivi Brittaniċi reġgħu vvotaw fil-proċess sabiex jintagħżlu l-kandidati għal mexxej tal-Partit Konservattiv.
Hija kisbet 59 vot, b’Rishi Sunak jikseb l-aktar voti, 118-il vot. Iż-żewġ kandidati l-oħra jinsabu ras imb ras fil-voti.
Għada se ssir elezzjoni oħra biex jiġu ddeterminati ż-żewġ kandidati li se jkunu qed jivvotaw għalihom il-membri tal-istess partit, biex finalment il-kandidat rebbieħ jieħu post Boris Johnson kemm bħala l-mexxej tal-partit kif ukoll, eventwalment, Prim Ministru tar-Renju Unit.
L-elezzjoni għall-kariga ta’ mexxej se ssir fil-5 ta’ Settembru.